It-Tielet Sena

 

Sfidi ta’ Trevor Żahra

Meta tlesta l-qari tar-rumanz, l-istudenti taw ħarsa aktar mill-qrib lejn it-temi l-aktar rikorrenti u s-simboliżmu fin-narrazzjoni. Wara dan, intalbu jagħmlu addattament tal-istorja billi jimmaġinaw li se jidderieġu film ibbażat fuqha. Għalhekk intalbu jiffilmjaw u jeditjaw it-trailer tiegħu. Dan serva biex issir analiżi aktar fil-fond mill-istudenti. 

Trevor Żahra ġie ukoll mistieden l-iskola biex l-istudenti jkunu jistgħu jippreżentaw dawn il-filmati quddiemu. Kienet okkażjoni unika għall-istudenti, li fiha setgħu jiltaqgħu mal-moħħ wara l-istorja li huma studjaw, kif ukoll japprezzaw il-ħin li awtur iqatta’ jippjana qabel jibda jikteb. Din l-opportunità serviet ukoll biex nuru l-apprezzament tagħna lejn l-istudenti għall-ħidma tagħhom, kif ukoll biex inkomplu nkabbru l-imħabba li għandhom lejn il-lingwa.

Hawn isfel tistgħu taraw xi ftit mit-talenti varji tal-istudenti tat-tielet sena:

 

 


Make a free website Webnode