https://www.akkademjatalmalti.com/
L-għanijiet tal-Akkademja huma li:
-
taħdem biex iġġib 'il quddiem il-qagħda tal-Malti bħala lsien nazzjonali fl-oqsma kollha tal-ħajja;
-
tikkontribwixxi għall-politika lingwistika u tippromwovi l-għanijiet kollha li jiffurmaw parti mid-dmirijiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, kif definiti fil-Liġi tal-Ilsien Malti L-Att Dwar l-Ilsien Malti (Kap. 470);
-
iġġib 'il quddiem l-istudju fuq l-ortografija Maltija;
-
tippubblika kull sena r-rivista uffiċjali Il-Malti;
-
tibni kuntatt ma' ħbieb tal-Malti u ma' persuni li jużaw il-Malti barra minn Malta.