Tnedija tas-Sensiela Juann Mamo
14/11/2013 17:51
Nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru 2013, fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2013, f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, SKS Publishers se jniedu t-tliet kotba tas-Sensiela Juann Mamo.
Minbarra s-siltiet mill-musical Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka li se jitkantaw minn Doreen Galea, Dorothy Bezzina u Gianluca Bezzina akkumpanjati minn Dominic Galea, se jkun hemm qari mir-rumanz tal-Prof. Manwel Mifsud, qari ta’ żewġ poeżiji mill-ktieb Tħeġġiġa lill-Kittibin, b’introduzzjoni ta’ Annalise Vassalo, u żewġ diskorsi qosra ta’ Dr Adrian Grima, editur tas-sensiela, u l-Prof. Raymond Mangion, dwar uħud mill-personaġġi storiċi Maltin li se jsemmi Juann Mamo fir-rumanz tiegħu.