SIMPLY WEBBER - lejla ma' Andrew Lloyd Webber
Il-kumpanija teatrali, Masquerade, se tippreżenta serata ta mużika mill-kompożitur magħruf għax-xogħlijiet ta’ diversi drammi mużikali, Sir Andrew Lloyd Webber. L-udjenza se jkollha ċ-ċans tisma’ arranġamenti ġodda ta’ diversi kanzunetti minn drammi mużikali li rnexxielhom jiksbu fama internazzjonali, fosthom anke The Phantom of the Opera, li riċentament iċċelebra l-25 anniversarju minn meta fetaħ.
F’din is-serata, bl-isem ta’ SIMPLY WEBBER, se jieħdu sehem DOROTHY BEZZINA, RACHEL FABRI, CLIFF ZAMMIT STEVENS u ROGER TIRAZONA, flimkien ma’ diversi kantanti mistednin u anke kor ta’ aktar minn 50 student li jattendu l-iskola, taħt it-tmexxija ta’ Tirazona. Id-direzzjoni mużikali hija f’idejn il-Maestro Kevin Abela, filwaqt li dik teatrali hija taħt anthony bezzina.
Dan il-kunċert se jittella’ f’lejla waħda, nhar is-26 ta’ Novembru 2011 fit-8:00pm. Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel fuq 79793737 jew 21246619.
SIMPLY WEBBER huwa mgħejun minn dawn il-kumpaniji: TRAVELEX FINANCIAL SERVICES, PORTOMASO, BOV, SMS MONDIAL, JOSIES BATHROOMS u GO.