Savio College Terġa' Tikklassifika l-Ewwel fl-Eżami tal-Malti (Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja)

24/11/2014 19:05

Għal darb'oħra rċevejna l-aħbar sabiħa li l-Kulleġġ reġa' kklassifika l-ewwel fl-eżami tal-Malti taċ-ĊES fis-sessjoni ta' Mejju 2014. B'hekk se jerġa' jingħata l-Premju Anna Muscat Azzopardi. Prosit kbira lil Ryan Cachia talli rnexxielu jikseb dan il-premju, kif ukoll lill-għalliema ferm dedikati ta' xogħolhom!

Ryan Cachia u r-Rettur tal-Kulleġġ, Fr Louis Grech, waqt iċ-ċerimonja tal-Gradwazzjoni 2014