PLATT POEŻIJA
Il-ħajja u x-xogħlijiet tal-poeta tant maħbub Rużar Briffa huma l-ispirazzjoni għal żewġ proġetti artistiċi li se jkunu qegħdin jittellgħu waqt in-Notte Bianca din is-sena. Dawn il-proġetti jfakkru wkoll il-50 anniversarju mill-mewt ta’ dan il-poeta.
Iż-Żifna tal-Poeta hija wirja ta’ żfin kontemporanju mal-mużika live. Il-koreografija hija ta’ Sarah Vella – żeffiena Maltija li tgħix Berlin. Min-naħa l-oħra, l-Għaqda tal-Malti tal-Università wkoll se tippreżenta programm interattiv. Il-Poeta tas-Sbuħija hija attività li tistieden lill-pubbliku fejn Pjazza Repubblika biex jikteb, f’versi jew fi proża, fuq ittri, boroż tal-karti jew pakketti tas-sigaretti, kif kien jagħmel Rużar Briffa meta kien jispira ruħu. Il-pubbliku jista’ mbagħad jitfa’ l-kitbiet tiegħu ġo kaxxa pprovduta apposta. Xi kitbiet jintgħażlu biex jinqraw jew jittellgħu fuq l-internet.
· 8.00 - Iż-Żifna tal-Poeta
· 8.15 - Il-Poeta tas-Sbuħija
· 9.00 - Iż-Żifna tal-Poeta
· 9.15 - Il-Poeta tas-Sbuħija
· 10.00 - Iż-Żifna tal-Poeta
· 10.15 - Il-Poeta tas-Sbuħija
· 11.00 - Iż-Żifna tal-Poeta
· 11.15 - Il-Poeta tas-Sbuħija