'L-Alkemista' ta' Paulo Coelho (traduzzjoni ta' Steve Borg)

23/03/2013 13:50

 

Din hija storja dwar Santiago, ragħaj Spanjol mill-Andalusja. Dan ir-ragħaj, mimli rieda, ħeġġa u s-sens ta' avventura jħalli kollox warajh u jaqsam id-deżert biex ifittex teżor taħt il-piramidi tal-Eġittu. Fi triqtu jitlaqa mal-alkemista.

Il-qarrej jista malajr jintebah li hu wkoll jista jsegwi t-triq li qabad ir-ragħaj, li minkejja x-xkiel u s-saram li jseffaq wiċċu miegħu, xorta waħda bi ħsiebu jibqa’ għaddej biex iwettaq il-ħolma tiegħu.

Paulo Coelho ħareġ il-ktieb ‘O Alquimista’ fl-1988 ġewwa l-Brazil. Illum, dan il-ktieb hu meqjus bħala wieħed mill-aktar li ġew fl-idejn fid-dinja f'dawn l-aħħar ghoxrin sena.

 

L-edizzjoni Matija, bl-isem ta' ‘l-Alkemista’, hija 'l wieħed u sebgħin ilsien li fih ġie maqlub dal-ktieb. B' kollox Coelho biegħ 115 -il miljun ktieb mill-għoxrin li kiteb.

Dan huwa ktieb li jaf jibdillek ħajtek!

 


Make a free website Webnode