KUTRUMBAJSA

22/10/2011 12:28

Qed jiġi organizzat il-Festival tal-Arti għat-tfal u ż-żgħażagħ bl-isem ta' KUTRUMBAJSA mill-14 sal-20 ta' Novembru. Il-postijiet li fihom se jkun qed jittella' jinkludu t-Teatru Manoel, il-Kavallier ta' San Ġakbu, l-MITP, il-Berġa tal-Italja, Kastilja, il-Palazz tal-President u Pjazza San Ġorġ. 

Il-parteċipanti ta' dan il-festival ġejjin mir-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja, l-Olanda kif ukoll Malta.

L-istruttura ta' dan il-festival hija hekk:

 

  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa filgħodu - wirjiet għall-iskejjel
  • Mit-Tnejn sal-Ġimgħa filgħaxija - wirjiet għall-pubbliku
  • Mis-Sibt sal-Ħadd - wirjiet miftuħa l-ġurnata kollha għall-pubbliku

  •