'Il-Fatat fid-Dar tan-Nanna' ta' Carmel G. Cauchi
Wara li n-nanna Lonza għaddiet xi jiem għand bintħa Rosette reġgħet lura d-dar u sabet li d-dar kien daħlilha l-Fatat l-Isfar. Hi riedet teħles minnu u ppruvat tagħtiħ xebgħa karkur. Imma d-daqqiet bdew għaddejjin fil-vojt bħallikieku kienet qiegħda tagħtihom fl-arja. Imbagħad irnexxielha tingannaħ u tagħlqu fi flixkun. Imma min hemm ħarab u qagħad jiftah u jagħlaq il-kxaxen tal-gradenza bi ħsejjes li ma ħallewhiex torqod.il-lejl. Imbagħad għamlu ħbieb u… l-istorja tkompli.
Ftit dwar l-awtur...
Carmel G. Cauchi twieled Birkirkara fid-29 ta' Mejju 1944. Il-ġenituri tiegħu, illum mejtin, kienu Ġuzeppi u Rita mwielda Borg. Għandu żewġ ħutu iżgħar minnu, Joseph u Phyllis.
Mill-lskola Primarja ta' Birkirkara għadda għal-Liċeo, il-Ħamrun, fl-1957. L-edukazzjoni terzjarja tiegħu ħadha fil-Kulleġġ ta' I-Edukazzjoni San Mikiel, Ta' Ġiorni, fejn daħal fl-1963. Minn hemm kiseb iċ-Certifikat ta' Għalliem fl-1965. Għallem fl-iskejjel primarji tal-Gżira, il-Birgu, Birkirkara u Santa Venera. FI-1995 sar Assistent Kap fl-iskola Primarja "Madonna tal-Minsija", San Ġwann. FI-2005 irtira bl-età.
Huwa membru attiv fl-Eżekuttiv Ġenerali tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) Huwa msieħeb fl-Għaqda Poeti Maltin u fl-Akkademja tal-Malti.
ll-ġibda għall-kitba ħassha sa minn tfulitu u baqgħet tikber miegħu. Cauchi huwa kittieb ta' proża, poeżija u drammi, u jikteb kemm għat-tfal kif ukoll għall-kbar. Xogħlijiet tiegħu xxandru fuq il-mezzi tax-xandir, u dehru fil-ġurnali, f'rivisti letterarji u f'antoloġiji kemm lokali kif ukoll barranin. Cauchi kien bosta drabi ppremjat f'konkorsi letterarji lokali u xi drabi wkoll l-ltalja. Ingħata fost l-oħrajn il-premju prestiġjuż "Città di Valletta" fl-1986. Fl-2006 rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, għal- Letteratura għat-Tfal u Adoloxxenti, Taqsima Poeżija.
Għal ħames snin konsekuttivi kiteb dramm li bih it-tfal ta' l-lskola Primarja ta' Birkirkara pparteċipaw fil- "Festival ta' Drama għall-lskejjel", u għal tliet darbiet ingħata t-trofew għall-aħjar skript oriġinali.