FilMalti llejla: Diskussjoni dwar 'Kont Diġà'

02/04/2013 17:17

 

Nhar it-Tlieta, 26 ta’ Marzu, l-Għaqda tal-Malti wriet il-film ta’ Mark Dingli 'Kont Diġà' li hu mnebbaħ mill-poeżija "Delimara" ta' Daniel Massa. Għal din l-attività kien hemm attendenza numeruża li nixtiquha terġa’ tirrepeti ruħha fis-sessjoni li ssegwi l-film.

Fil-fatt, l-Għaqda ma tixtieqx tieqaf bil-wiri tal-film. Qed nippjanaw sessjoni ta' diskussjoni nhar l-4 ta' April fil-5PM. Flimkien se niddiskutu dan il-film (x'għoġobna, x'laqatna, x'dejjaqna...) u lil hinn minn hekk, xi aspetti tal-poeżija li jidhru fil-film (kemm baqa' leali, x'jagħmel il-film partikolari, x'jagħmel il-poeżija partikolari...).

La ma tliftx il-film...titlifx id-diskussjoni. Min ma ġiex għall-film, merħba bih ukoll! Din id-diskussjoni hi miftuħa għal kulħadd.

 

Ħin:17:00

Post: It-Teatru Grieg, L-Università ta' Malta