FilMalti: Il-Ġaħan ta' Binġemma f'Savio College

29/10/2013 23:38

F'din l-attività ta' 'filMalti', organizzata mill-Għaqda tal-Malti, se jkunu qed jintwerew siltiet mill-filmat tad-dramm 'Il-Ġaħan ta' Binġemma' fejn tispikka t-tema tal-kontinwità.

Inħeġġiġkom tattentu għaliex din hija tema rikorrenti fir-rumanz li qegħdin tistudjaw għall eżami taċ-ĊES, u aktar u aktar għaliex iż-żewġ xogħlijiet inkitbu wkoll fl-istess perjodu.

Id-diskussjoni li ssegwi se tiffoka fuq din it-tema u se titmexxa minn Dr Joseph Axiaq.

Il-ħolqa tal-facebook hija din: www.facebook.com/events/171964883007535