Il-Ħames Sena
Bit-tama tal-ġar raqad bla għaxa d-dar.
Biex tgħix sew, tkunx tiddependi fuq ħaddieħor għall-għajxien tiegħek, għaliex wisq probabbli tibqa' b'xejn.
La ddardarx l-għajn li trid tixrob minnha.
Fil-ħajja ġib ruħek sew kull fejn tkun, għaliex inkella tbati inti stess. Tagħmilx ħsara lil min xi darba jew oħra għad ikunlek ta’ għajnuna.
Bil-kwiet u bil-kalma tirbaħ l-arma.
Il-problemi u l-argumenti jissolvew bil-paċenzja, bil-kalma u bir-raġunar inkella flok jonqsu jiżdiedu.