Il-Qawl tal-Ġimgħa
Il-qawl għandu xejriet li jagħmluh dak li hu. Mhuwiex sempliċi ‘għajdut’ mimli għerf, imma għandu dik ix-xi ħaġa aktar, kemm f’dik li hi forma kif ukoll f’dak li hu kontenut. Fl-istess ħin, madankollu, anke hawn il-varjazzjonijiet huma kbar. Għal skop prattiku, madankollu, nistgħu ngħidu li qawl huwa dak l-għajdut li jiġbor fil-konċiżjoni tiegħu kultura sħiħa, idea ċara, tagħlima. Il-qawl huwa r-riżultat ta’ proċess twil ta’ vvjaġġar ta’ ‘għerf’ popolari.