Għat-Tieni Sena

 

Min jirkeb iż-żiemel tar-riħ, bis-saqajn tax-xama’, fix-xemx idub.

Ċerti ambizzjonijiet kbar hemm ċans li ma jintlaħqux għax ikunu impossibbli li jintlaħqu. Dan il-qawl ġej mill-istorja ta’ Ikarus, iben Daedalus, li pprova jtir bil-ġwienaħ li kien għamillu missieru, imma peress li pprova jtir wisq lejn ix-xemx, ix-xema’ li kienu mwaħħla biha l-ġwienaħ dabet u b’hekk waqa’ u għereq fil-baħar. Din l-istorja hija parti mill-mitoloġija Griega. Jekk int interessat li taqraha tista’ ssegwi din il-ħolqa: https://en.wikipedia.org/wiki/Icarus

 

Mhux dejjem tiġi żewġ.

Tippretendix li dejjem se tgħinek ix-xorti u tiġik tajba.

 

 

Il-mistoqsija oħt il-għerf.

Min jistaqsi jitgħallem.

 

 


Create a free website Webnode