Merħba f'dan is-Sit Elettroniku!     

Qabel xejn... nirringrazzjak talli għoġbok iżżur dan is-sit li jiena ħloqt apposta għalik! Hekk hu... nixtieq li dan l-ispazju jservi ta’ pont bejni u bejnek, ikunlek ta’ gwida meta tiltaqa’ ma’ xi diffikultà u anke jinkoraġġik tfittex u taqra aktar dwar il-Malti permezz tal-attivitajiet, ħoloq u materjal ieħor li huwa aċċessibbli għalik f’dawn il-paġni.

Tikkuntentax biss b’dak li jsir fil-klassi! Hawn għandek iċ-ċans titgħallem aktar, tiddiskuti permezz tal-forum, tistaqsi xi mistoqsijiet f’każ ta’ diffikultà u ssir ħabib akbar tal-Malti :) Minbarra dan kollu, se nkun qed nesponi x-xogħol tajjeb li tagħmel fis-sezzjoni ‘Xogħol l-Istudenti’ u anke nagħti xi informazzjoni jew ninkludi xi ritratti u filmati f’sezzjonijiet differenti fuq dan is-sit.

Nittama li ż-żjara tiegħek tkun waħda utli, u jekk tixtieq tħalli xi kumment nieħu gost bih ukoll!


Ms. Dorothy
Għalliema tal-Malti

Poll

Qed issibu utli dan is-sit?

Iva (282)
82%

Le (62)
18%

Total votes: 344

AĦBARIJIET

Irrima r-Rima!

08/06/2013 22:57
Grazzi lis-Sa Leanne Ellul, għalliema tal-Malti ġewwa Saint Dorothy’s u membru tal-kumitat tal-Għaqda tal-Malti tal-Università, li ħarġet b’din l-idea tassew kreattiva ta’ kif wieħed jista’ jifhem aħjar dawn it-tipi differenti ta’ rima!   

Taf tiktbu dan il-kliem?

03/04/2013 21:13
Ħares lejn il-kliem t’hawn taħt u ara tafx tiktbu sew!  

Manwal għall-Kitba tal-Malti fuq il-Kompjuter

02/04/2013 16:30
Tixtieq tuża l-ittri tal-Malti fuq il-kompjuter?  Vera faċli. Ara dan il-manwal    https://www.kunsilltalmalti.gov.mt/filebank/documents/kompjuter.pdf

Dokument dwar il-Bilingwiżmu

19/10/2012 10:07
Segwi din il-ħolqa biex ikollok aċċess għad-dokument: https://kunsilltalmalti.gov.mt/filebank/documents/Ktibiet_bilingwizmu.pdf

Karta Mudell għall-Eżami taċ-ĊES tal-2014

19/10/2012 09:36
Niżżel il-Karta Mudell minn hawn: https://www.um.edu.mt/__data/assets/pdf_file/0006/129732/specmalt2014.pdf

Is-Sillabu taċ-ĊES għall-2014

04/09/2012 00:24
  Segwi din il-ħolqa biex tagħti daqqa t'għajn lis-sillabu tal-Malti għall-2014: https://www.um.edu.mt/__data/assets/pdf_file/0009/129771/SEC22.pdf   Is-sillabu jgħid: “Biex il-kandidati juru ħila fl-għarfien u apprezzament ta’ testi letterarji.” It-termini għarfien u...

Driver tat-Tastiera Maltija

22/10/2011 15:47
  F’dan is-sit għandkom issibu manwal u driver tal-ittri partikulari Maltin… ċ, ġ, ħ, u ż mhux se jibqgħu problema għaliex meta tniżżlu dan id-driver issibuhom fuq it-tastiera faċilment. https://www.akkademjatalmalti.com/page.asp?p=9024&l=1 It-tastiera Maltija hija mnedija skont...

Imniedi sit għal Dun Karm

22/10/2011 15:29
  Bħala parti mill-kommemorazzjoni tal-50 anniversarju mill-mewt tal-Poeta Nazzjonali, il-Ministeru tal-Edukazzjoni, ix-Xogħol u l-Familja nieda sit elettroniku għal Dun Karm b’tagħrif fuqu u fuq l-attivitajiet li qed ikunu organizzati matul din is-sena, b’rabta ma’ dan...

MATSEC (l-eżami taċ-ĊES)

22/10/2011 11:45
  Hawn tista' ssib xi siti utli għal meta tiġi biex tagħmel l-eżami taċ-ĊES.   Is-sillabu għas-sena 2014 jinsab hawn: https://www.um.edu.mt/__data/assets/pdf_file/0009/129771/SEC22.pdf   Hawn għanek karta mudell għall-Eżami taċ-ĊES...

Dun Karm - 50 sena minn mewtu

22/10/2011 11:41
Akkwista kopja tad-DVD maħruġ mid-Dipartiment tal-Informazzjoni b’filmati esklussivi tal-Poeta Nazzjonali fl-okkażjoni tal-50 anniversarju minn mewtu li qed jitfakkar matul din is-sena. Dan tista' tagħmlu billi żżur https://www.doi.gov.mt/EN/contact_us8.asp
<< 1 | 2